Il-Fondazzjoni mid-Dlam ghad-Dawl laqgħet b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tas-7 ta’ Novembru fejn
ġie ddikjarat li l-piena ta’ għomor il-ħabs tikser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem peress li ma’ jeżisti ebda mekkanizmu ta’ reviżjoni.
“Din is-sentenza taqbel mal-prinċipji ta’ rijabilitazzjoni li pajjiżna qiegħed għal dawn l-aħħar snin iħaddan kif ukoll taqbel mal-ispirtu tad-decizjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,” qalet il-Fondazzjoni.
Kompla jingħad li din is-sentenza waslet wara snin li l-Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl ilha ħafna snin timmilita biex dawk li llum qegħdin il-ħabs b’sentenza ta’għomor ikollhom xaqq ta’ dawl fil-futur tagħhom. “Mhux hekk biss, imma Mid-Dlam
ghad-Dawl kienet hi li sponsorjat il-kawża ta’ Wahid Ben Ali,” qalet il-Fondazzjoni.
Il-Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl temmet tgħid li temmen li wara snin ta’ ħabs individwu għandu jkollu l-possibiltà li jiġi rilaxxat f’każ li huwa ma jibqax ta’ periklu għas-soċjetà u jkun irriforma ruħu b’mod pożittiv.