Silvio Schembri jappella biex jiġi rregolat ir-reklamar tal-logħob tal-azzard – One News

Silvio Schembri jappella biex jiġi rregolat ir-reklamar tal-logħob tal-azzard

Id-deputat Laburista Silvio Schembri, li huwa ċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Maltija għal-Logħob Responsabbli appella biex f’Malta titrawwem politika li tirregola l-mod kif ikun irreklamat il-logħob tal-azzard.

Meta tkellem fl-aġġornament tas-seduta Parlamentari, Schembri qal li l-problema tal-logħob, li taffettwa kemm nisa kif ukoll irġiel, hi waħda reali u jekk tkun akuta titqies bħala marda. Huwa ssuġġerixxa jekk wasalx iż-żmien li riklam għal-logħob tal-azzard kif ukoll biljetti tal-lotteriji għandux ikollhom messaġġi li jwissu dwar ir-riskji assoċjati mal-logħob tal-azzard jew kemm fir-realtà hu ċ-ċans ta’ rebħ.

Huwa kkritika l-ftuħ ta’ ħwienet bil-kaxxi tal-logħob b’mod speċjali f’lokalitajiet fejn hemm dawk li huwa sejjaħ “l-iktar ċittadini dgħajfa” bi problemi soċjali, anke jekk dawn qed jiftħu skont il-liġi. “Għandu jkun hemm bidla fil-liġijiet f’dan ir-rigward?” staqsa.

Schembri ħabbar li l-familji kollha Maltin, dalwaqt se jirċievu test sempliċi d-dar dwar il-problema tal-logħob li jkun fih għadd ta’ mistoqsijiet li wieħed jista’ jwieġeb privatament. Jekk iwieġeb “iva” għal ħamsa minnhom, ifisser li jeħtieġ l-għajnuna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend