Mhux ħatja li ffrodaw skema offruta mill-Awtorità tar-Riżorsi – One News

Notifiki

Mhux ħatja li ffrodaw skema offruta mill-Awtorità tar-Riżorsi

Kunsilliera, ex-kunsilliera fil-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz u negozjant fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli ma nstabux ħatja li lura fl’ 2011 iffrodaw skema offruta mill-Awtorità tar-Riżorsi sabiex jieħdu vantaġġ minnha.

Il-Membri fil-Kunsill flimkien man-negozjant kienu akkużati fost oħrajn li kienu kompliċi f’dikjarazzjonijeit foloz u li ffalsifikaw applikazzjonijiet għall-iskema ta’ pannelli.

Il-każ beda meta l-Awtorità Maltija tar-Riżorsi rċeviet ilment mingħand l-assoċjazzjoni li tirappreżenta lill-bejjiegħa tal-pannelli, fejn allegaw li l-kumpanija Di Natura kienet qed toffri sistemi fotrvoltajiċi lill-Kunsill għas-somma ta’ €1,000, prezz li juri li kien hemm xi forma ta’ abbuż.

Madankollu, mill-provi mressqin l-Qorti, jidher li l-kumpanija Di Natura kienet qed toffri l-panelli fotovoltajiċi lill-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz għal €1,000 fuq sistemi li jiswew €6,000 , dan għaliex €3,000 kienu ġejjin minn sussidju tal-Gvern u l-€2,000 l-oħra kienet se tagħmel tajjeb għalihom l-kumpanija.

F’żewġ sentenzi separtati l-Qorti tal-Maġistrati t’Għawdex qalet li ma rriżulta bl-ebda mod li l-imputati kienu kompliċi biex iwettqu frodi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend