L-ewwel diskors ta’ Trump – One News

Notifiki

L-ewwel diskors ta’ Trump

“Sorry to keep you waiting, complicated business!”

Hekk beda d-diskors tiegħu Donald Trump. Qal li għadu kemm irċieva telefonata minn Clinton, li kkongratulat lil Trump. Minn naħa tiegħu huwa tagħha l-prosit talli ħadmet b’ħafna ħila.

“Now it’s time for America to bind the wounds of division” qal Trump, filwaqt li talab lil kulħadd jingħaqad.

Qal li issa jixtieq jaħdem ma min ma wrieħx appoġġ, għax din ma kinitx kampanja imma moviment magħmul minn miljuni li jħobbu lil pajjiżhom u jridu futur aħjar.

“It’s a movement comprised of Americans of all races and beliefs” kompla jgħid Trump, u qal li issa tibda ħidma biex il-ħolma Amerikana terġa’ ssir realtà.

Dawk minsija fl-Amerka mhux se jibqgħu minsija. Qal li se jibni infrastruttura mill-ġdid u li se jieħu ħsieb lill-veterani. Wiegħed li se jinvesti fit-talent Amerikan. “We have a great economic plan. We will double our growth and have the strongest economy anywhere in the world” u qal li se jkollu relazzjoni tajba ma kull min jixtieq jikkollabora mal-Amerka.

“America will no longer settle for anything less than the best” qal b’ton kalm Donald Trump. Qal li se jkun qed jitratta lil kulħadd b’mod ġust, inkluż pajjiżi oħra.

Temm jirringrazzja lil dawk li għenuh, fosthom familtu.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Il-popli madwar id-dinja qed iqumu kontra l-globalizzazzjoni u kontra l-istituzzjonijiet supra nazzjonali.
    Jew tagħtuna referendum biex nitilqu mill-UE u tkeċċu lil kull klandestin minn Malta irrispettivament mill-istatus li ingħata jew ir-risposta tieħduha fl-elezzjoni.
    Jew tiddenunzjaw il-konvenzjoni tar-refuġjati u l-konvenzjoni ewropea tad-drittijiet tal-bniedem u tneħħu l-kummissarju tar-refuġjati darba għal dejjem jew ir-risposta tieħduha fl-elezzjoni.
    Għandkom kuraġġ iġġibu dan il-kumment?
    Jekk le nibgħatu lill-ħbieb tiegħi u anki fuq facebook u ngħid li ma ġibtuħx.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend