Is-Simpsons profetiċi! – One News

Notifiki

Is-Simpsons profetiċi!

Is-Simpsons ġieli kellhom episodji li spiċċaw kienu profetiċi. Imma fuq Donald Trump kellhom raġun bi sħiħ!

Sittax-il sena ilu kienu qalu li Trump kien se jkun President. Fl-episodju “Bart to the Future” li xxandar f’Marzu 2000, kien hemm Trump fil-Presidenza – s’hemm kellhom raġun. Lisa, waħda mill-karattri ewlenin, issir President warajh, u titkellem dwar ħidmietu. Fl-episodju, l-Istati Uniti kellhom ukoll problemi finanzjarji – nittamaw li ma jkollhomx raġun f’dan l-aspett.

Il-moħħ wara l-karattri sofor Matt Groening qal lil The Guardian li dak iż-żmien Trump kien l-aktar għażla assurda li setgħu jitfgħu f’dik il-pożizzjoni.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend