603 tabib u infermier ġdid f’sittax-il xahar – One News

Notifiki

603 tabib u infermier ġdid f’sittax-il xahar

Matul l-2015, u fl-ewwel erba’ xhur tal-2016, ġew ingaġġati 603 infermiera u tabib ġdid fis-servizzi tas-saħħa tal-Gvern.

Għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Claudette Buttigieg, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, qalli matul l-2015, il-gvern ingaġġa 120 tabib waqt li matul din is-sena, diġà ġew ingaġġati 116.

Il-Ministru Fearne qal ukoll li mill-2015 sa April ta’ din is-sena, ġew ingaġġati 367 infermiera. Dan minbarra l-ammonti ta’ nurses u tobba li se jkunu qed jiggradwaw mill-Università ta’ Malta fil-ġimgħat li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend