Il-Prim Ministru Ungeriż ikollu jaċċetta s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ immigranti fil-pajjiż – One News

Il-Prim Ministru Ungeriż ikollu jaċċetta s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ immigranti fil-pajjiż

  • Kien jonqsu  biss żewġ voti

Il-Parlament Ungeriż ċaħad il-pjan tal-Prim Ministru Viktor Orban li jipprojbixxi s-sistemazzjoni mill-ġdid tal-immigranti fil-pajjiż. Din hija meqjusa bħala daqqa ta’ ħarta għall-mexxej, li tista’ ddgħajfu wkoll fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

L-emenda kostituzzjonali proposta rebħet 131 vot f’Parlament b’199 siġġu, ftit biss bogħod minn maġġoranza ta’ żewġ terzi meħtieġa, ċioe 133 vot.

Orban insista li l-emenda kienet meħtieġa biex tonora referendum li sar f’Ottubru, li fih aktar minn tliet miljun Ungeriż, maġġoranza kbira ta’ dawk li vvutaw, ċaħdu l-kunċett ta’ kwoti dwar migranti mill-Unjoni Ewropea.

Orban qal li minkejja li r-referendum ma kienx legalment validu minħabba rata baxxa ta’ parteċipazzjoni, provda mandat politiku b’saħħtu biex tkun rifjutata l-impożizzjoni ta’ kwoti minn Brussell.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend