Pospost ġuri ta’ raġel akkużat li stupra lil bintu – One News

Notifiki

Pospost ġuri ta’ raġel akkużat li stupra lil bintu

Il-Qorti Kriminali kellha kliem iebes fil-konfront ta’ ġurnalisti u min skont hi għadda tagħrif lil media dwar każ fejn raġel se jkun akkużat f’ġuri bl-istupru ta’ bintu.

Fil-fatt kien irrapportat minħabba dawn ir-rapporti fejn ingħataw dettalji tal-akkużi kriminali u sakemm tingħata deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali. F’digriet li tat dalgħodu l-Imħallef Edwina Grima qalet li d-dettalji f’Television Malta kienu eżempju ta’ nuqqas ta’ etika ġurnalistika.

Dan għax kienu ppubblikati lejliet ġuri u l-ġurati jistgħu jkunu influwenzati. Iżda, jidher li f’deċiżjoni li kien diġa’ ta l-Imħallef Michael Mallia kien ingħata rendikont ta’ dak li ġara fil-każ tal-allegat stupru.

Intant, l-Imħallef kellha wkoll kliem iebes għal fatt li l-akkużat li kien mgħarraf bil-ġuri xhur ilu, ħalla għall-aħħar ġimagħtejn biex jagħmel il-każ kostituzzjoni. “Dan bil-għan li l-ġuri jkun pospost,” qalet l-Imħallef.

Kien il-ġimgħa li għaddiet li kienet irrifjutata din it-talba mill-Qorti Kostituzzjonali, iżda issa hemm appell.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend