F’Malta aktar minn 30,000 persuna għandhom id-dijabete – One News

Notifiki

F’Malta aktar minn 30,000 persuna għandhom id-dijabete

Aktar minn 30,000 persuna għandhom il-kudizzjoni tad-dijabete f’pajjiżna. Dan qalu l-Ministru għas-saħħa Chris Fearne f’attivita organizzata mil-Assoċjazzjoni Maltija għad-dijabete.

F’din l-attivitá l-Ministru faħħar il-ħidma li qed tagħmel din l-assoċjazzjoni biex tkompli tiżdied il-kuxjenza dwar din il-kundizzjoni filwaqt li fakkar li d-dijabetiċi f’Malta se jkunu qegħdin igawdu minn aktar servizzi.

Fost oħrajn, il-Ministru għas-Saħħa qal li permezz tal-Pjan Nazzjonali għad-Dijabete, li kien l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjiżna, id-dijabetiċi, minn din is-sena bdew igawdu minn mediċini ġodda fuq il-formularju għal Gliptins u Repaglinide.

Il-Ministru Fearne semma’ wkoll kif wara l-introduzzjoni ta’ sticks b’xejn biex tkun ċċekkjata d-dijabete tip 1, bdew jingħataw lit-tfal sa taħt it-18-il sena minn din is-sena. Min-nhar it-Tnejn din l-iskema se tkun estiża għal dawk kollha li jbatu bid-dijabete tip 1 irrespetivament mill-età.

“Dan kollu kien fil-Pjan Nazzjonali għad-Dijabete li ġie ppubblikat f’Diċembru li għadda. Is-sena li ġejja se nkunu qegħdin nestendu l-isticks b’xejn għal dawk li jbatu bid-dijabete tip 2, u li qegħdin fuq l-insulina,” qal il-Ministru Fearne.

Ta’ QabelLi Jmiss

7 Comments

  1. Haga sewwa li min hu ga dijabetiku jigi mghejjun u sostnut b’kull mezz possibli. Pero ghandu jkun hemm programm serju, intensiv u kontinwu ta’ prevenzjoni u nformazzjoni. Veru li persuna jista’ jkollha tendenza genetika ghad-dijabete izda il-prattika moderna li jigi irriklamat bl-addocc u kullimkien ikel xejn bnin u xorb alkoholiku ma kullimkien zgur ma tghinx. U l-anqas li t-tfal jigi mehuda l-iskola bil-karozza jew minibus anki jekk l-iskola qeda fl-istess rahal jew belt u allura ma jidrawx jimxu adekwatament kull jum u fit-tul bizzejjed. L-unika Walking Bus li naf li qatt kienet organizzata f’Malta hija dik tas-Siggiewi. Walking buses ghat-tfal tal-iskola hemm bzonn li jkun hemm f’kull belt u rahal. Ma ghandhomx jithallew billboards, gazzetti, TV stations etc. jirriklamaw hamburgers, chips, cikkulati, xorb alkoholiku, soft drinks u juices b’hafna zokkor etc. L-anqas ma hu sewwa li xi ditta li timporta l-whisky tithalla tqabbad xi zewg mudelli libsin T shirt bir-riklam tal-whiskey jew xi xorb iehor biex joffru tazzi tax-xorb lill-adulti fil-prezenza tat-tfal waqt xi party go kazin tal-banda jew x’imkien iehor, per ezempju.

  2. Haga sewwa li min hu ga dijabetiku jigi mghejjun u sostnut b’kull mezz possibli. Pero ghandu jkun hemm programm serju, intensiv u kontinwu ta’ prevenzjoni u nformazzjoni. Veru li persuna jista’ jkollha tendenza genetika ghad-dijabete izda il-prattika moderna li jigi irriklamat bl-addocc u kullimkien ikel xejn bnin u xorb alkoholiku ma kullimkien zgur ma tghinx. U l-anqas li t-tfal jigi mehuda l-iskola bil-karozza jew minibus anki jekk l-iskola qeda fl-istess rahal jew belt u allura ma jidrawx jimxu adekwatament kull jum u fit-tul bizzejjed. L-unika Walking Bus li naf li qatt kienet organizzata f’Malta hija dik tas-Siggiewi. Walking buses ghat-tfal tal-iskola hemm bzonn li jkun hemm f’kull belt u rahal. Ma ghandhomx jithallew billboards, gazzetti, TV stations etc. jirriklamaw hamburgers, chips, cikkulati, xorb alkoholiku, soft drinks u juices b’hafna zokkor etc. L-anqas ma hu sewwa li xi ditta li timporta l-whisky tithalla tqabbad xi zewg mudelli libsin T shirt bir-riklam tal-whiskey jew xi xorb iehor biex joffru tazzi tax-xorb lill-adulti fil-prezenza tat-tfal waqt xi party go kazin tal-banda jew x’imkien iehor, per ezempju.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend