Il-Partit Nazzjonalista qed jitkellem dwar il-qasam tal-enerġija mingħajr ebda studju dwar is-suġġett.
Ammetta dan Simon Busuttil meta fil-programm Dissett kien mistoqsi ux se jippubblika xi studju biex jissostanzja l-argumenti tiegħu dwar il-bidliet li għandu jkun hemm fis-settur. Fosthom fil-kontijiet tal-enerġija li għal snin twal Busuttil qal li huwa gimmick li b’xi mod jistgħu jorħsu.
Simon Busuttil ikkonferma li mhux qed jitkellem bil-fatti f’idejh, meta mistoqsi xi prezzijiet tal-enerġija ikun hemm jekk il-Partit Nazzjonalista jkun fil-gvern. Bil-Kap tal-Oppożizzjoni jwieġeb li se jkun qed jagħti din l-informazzjoni “meta jkun il-mument.” Anke dwar it-tanker li se jipprovdi LNG Simon Busuttil mhu ċar xejn. Wara xhur jgħid li hu periklu kbir issa qed jistenna.
Għax skont Simon Busuttil issa għandu l-esperti jistudjaw ir-rapporti. Mistoqsi min huma, Busuttil ma ried jgħid xejn. Semma biss lil Ann Fenech, President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.