Jegħrqu aktar minn 200 immigrant – One News

Notifiki

Jegħrqu aktar minn 200 immigrant

Aktar minn mitejn u disgħa u tletin immigrant huma maħsuba li għerqu f’żewġ nawfraġji ftit ‘l barra mill-kosta Libjana.

L-Aġenzija għar-Refuġjati fi ħdan in-Nazzjonijiet Maqgħuda sostniet li żewġ persuni li salvaw mill-għarqa stqarrew dan magħha.

Dawn iż-żewġ immigranti idaħħlu għal kenn fil-gżira ta’ Lampedusa.

Aktar minn erba’ t’elef u mitejn immigrant tilfu ħajjithom fil-baħar Mediterran hekk kif kważi terz ta’ miljun qasmu mill-Afrika ta’ Fuq lejn l-Ewropa, fit-tentattiv li jsibu ħajja aħjar għalihom u qrabathom.

Sadanittant in-Nazzjonijiet Maqgħuda wissiet li din is-sena taf tkun is-sena li tħalli l-akbar numru t’imwiet fil-Mediterran.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend