Il-Prim Ministru  tal-Olanda u l-Prim Ministru tas-Slovakja f’laqgħat f’Malta mal-Prim Ministru Joseph Muscat – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru  tal-Olanda u l-Prim Ministru tas-Slovakja f’laqgħat f’Malta mal-Prim Ministru Joseph Muscat

 

Il-Prim Ministru tal-Olanda Mark Rutte u tas-Slovakja Robert Fico għada se jkunu Malta għal taħdidiet mal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-laqgħat se jsiru fil-Berġa ta’ Kastilja.

Din hija l-ewwel laqgħa ta’ dak magħruf bħala t-trio tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li se tkun saret f’Malta, qabel ma pajjiżna jieħu f’idejh il-Presidenza f’Jannar li ġej.

Skont it-Trattat ta’ Lisbona, it-trio jfassal l-għanijiet u l-aġenda komuni dwar id-diversi suġġetti li jridu jiġu indirizzati mill-Kunsill fuq medda ta’ sena u nofs. Skont dan il-programm kull wieħed mit-tliet pajjizi tat-trio jipprepara l-programm dettaljat fuq medda ta’ sitt xhur.

Wara li jintemmu t-taħdidiet, il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma’ dak Olandiż Rutte mistennija jżuru l-faċilità l-ġdida li l-kumpanija Olandiża Aviation Cosmetics qed tibni f’Ħal Safi.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend