BREXIT se jikkomplika ruħu – One News

Notifiki

BREXIT se jikkomplika ruħu

L-ogħla Qorti f’Londra ddeċidiet li l-Prim Ministru Theresa May għandha titlob l-approvazzjoni tal-membri tal-House of Commons qabel ma tibda l-proċess formali biex toħroġ lill-pajjiżha mill-Unjoni Ewropea.

Dan ifisser li l-Gvern ma jistax waħdu japplika Artiklu 50, qabel ma jibdew formalment id-diskussjonijiet mal-Unjoni Ewropea.

Għadd ta’ ċittadini li ma jaqblux li r-Renju Unit għandu jitlaq mill-unjoni, talbu l-qorti tiddeċiedi jekk May tistax tapplika l-Artiklu 50, il-mekkaniżmu formali għat-tluq, qabel l-aħħar ta’ Marzu.

Dan ifisser li l-Membri Parlamentari Ingliżi se jiddeċiedu meta jiskatta dan il-mekkaniżmu u dan jista’ jwassal għal dewmien jew saħansitra jimblokka l-Brexit kompletament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend