BIDEL FEHMTU WARA LI TKELLEM IL-PM – One News

Notifiki

BIDEL FEHMTU WARA LI TKELLEM IL-PM

Fi ftit iktar minn ġimgħa l-Kap tal-Oppożizzjoni bidel il-pożizzjoni tiegħu minn kontra li tiżdied il-paga minima , għal waħda favur.

Dan wara li f’Dissett tal-ġimgħa li għaddiet il-Prim Ministru ddikjara li wasal iż-żmien għal żieda fil-paga minima u li għandhom isiru d-diskussjonijiet mal-partijiet kollha.

Fil-fatt il-Prim Ministru ħabbar li se jkun id-Deputat Prim Ministru li jmexxi dawn id-diskussjonijiet. Dikjarazzjoni li waslet biex il-Kap tal-Oppożizzjoni jagħmel u turn fi ftit jiem.

It-Tnejn 24 ta’ Ottubru Busuttil kien mistoqsi ċar u tond jaqbilx ma’ żieda fil-paga minima. Iżda, meta mistoqsi f’Dissett, wara ġimgħa, wara t-tħabbira tal-Prim Ministru, Simon Busuttil ħareġ jgħid  li jaqbel li l-paga minima għandha tiżdied.

Il-Partit Laburista qal li r-reazzjoni ta’ Simon Busuttil tikkonferma mhux biss l-inkonsistenzi tiegħu, mhux biss li tkellem għal konvenjenza meta ma qajjimx l-issue fid-diskors tiegħu tal-baġit, kuntrarju għal Prim Ministru li ndirizzaha direttament.

Għal darba oħra toħroġ id-differenza ta’ min jitkellem u min jaġixxi. Ta’ min jemmen b’konvinzjoni dwar xi ħaġa u min jitkellem għal konvenjenza,” qal il-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

4 Comments

  1. …. u llum reġa għamel u-turn ieħor għax qal li il-kwistjoni taż-żieda talż-żieda fil-paga minima għandha tiġi diskussa fl-MCSD meta ftit qabel qal li ż-żieda għandha tkun ta’ 10.5%

  2. …. u llum reġa għamel u-turn ieħor għax qal li il-kwistjoni taż-żieda talż-żieda fil-paga minima għandha tiġi diskussa fl-MCSD meta ftit qabel qal li ż-żieda għandha tkun ta’ 10.5%

  3. …. u llum reġa għamel u-turn ieħor għax qal li il-kwistjoni taż-żieda talż-żieda fil-paga minima għandha tiġi diskussa fl-MCSD meta ftit qabel qal li ż-żieda għandha tkun ta’ 10.5%

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend