Min bully u min korrott – One News

Notifiki

Min bully u min korrott

Il-kandidata f’isem id-demokratiċi fl-elezzjoni presidenzjali Amerikana, Hillary Clinton, sejħet lir-rivali tagħha Donald Trump “bully” talli jikkritika lin-nisa fuq id-dehra tagħhom. Qalet li Trump għandu tletin sena passat ta’ tgħajjijr, insulti, kliem disperġjattiv u attakki fuq nisa.

Trump, minn band’oħra, qal li Clinton hija korrotta u li jekk tkun hi president, tirrovina s-sistema tas-saħħa Amerikana darba għal dejjem.

L-aħħar stħarriġ dwar opinjoni pubblika wera li d-distakk bejn Clinton u Trump dejjem qed jonqos, ftit jiem biss qabel il-poplu Amerikan jivvota.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend