Il-postijiet vakanti ta’ segretarju u viċi-president fi ħdan l-MFA qed jiġbdu l-interess ta’ bosta.
L-Argument jirrapporta li Mark Cutajar, magħruf għal snin ta’ ħidma fil-midja, fil-Kumitat Olimpiku Malti u preżentament fi SportMalta, huwa fost il-persuni li jista’ jitfa’ n-nomina tiegħu. Persuna magħrufa oħra huwa n-nutar Cory Greenland.
Dan minbarra l-Avukati Peter Fenech, Matthew Paris u Adrian Camilleri, li lkoll huma wkoll interessati ghall-post li halla vakanti Dr Chris Bonett.
Għadu mhux magħruf jekk Angelo Chetcuti hux se jaċċetta li jkun nominat għal segretarju ġenerali jew inkella jixħet il-kandidatura tiegħu ghal viċi-president.