Il-knejjes Karkariżi l-aktar fil-mira – One News

Notifiki

Il-knejjes Karkariżi l-aktar fil-mira

Fl-aħħar għaxar snin, saru 273 rapport ta’ serq minn knejjes. 119 minn dawn il-każi kienu propjeta tal-Knisja filwaqt li 154 kienu rapporti dwar serq fuq viżitatturi. L-akbar numru ta’ rapporti saru fil-Knejjes u Kappelli ta’ Birkirkara. Fl-2012, f’din l-akbar lokalitá f’Malta ġew irrapurtati ħames serqiet.

Dawn jinkludu serq ta’ u minn kaxxi ta’ donazzjonijiet, pitturi, televiżjonijiet, apparat relatat ma’ amplifikazzjoni, apparat ta’ Hi-Fi, kompjuters, projectors , strumenti mużikali, ġojjellerija u oġġetti reliġjużi bħal pissidi u kurċifissi.

Fil-każ ta’ rapporti ta’ serq minn persuni viżitaturi fil-knejjes dawn kienu jinkludu mobiles, kameras, basktijiet, kartieri u dokumenti personali.

62 persuna tressqet il-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend