“Dak il-ħelu kollu, inti se tieklu?”

It-tweġiba kienet: “le!”

Domanda ħelwa li-tfal li daru t-toroq ta’ Ħal Luqa liebsin ta’ ħlejjaq tal-waħx wieġbu ħerqana, huma u jipparteċipaw f’attvità trick or treat: jew ittihom ħelu, jew inkella tipprova tbeżżagħhom!

Kien hemm min prova jbeżża’, u kien hemm min ukoll qassam domni minflok ħelu – wara kollox it-treat mhux bilfors tkun tal-ħelu.

Sibna mhux biss tfal, iżda anke adulti jipparteċipaw f’ruħhom u b’ġisimhom – m’hemmx espressjoni aħjar meta tqis li kienu qed jiċċelebraw jum l-erwieħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend