Prezz stabbli tal-gass tul ix-Xitwa – One News

Notifiki

Prezz stabbli tal-gass tul ix-Xitwa

Il-prezz taċ-ċilindri tal-gass se jibqa’ stabbli sal-aħħar ta’ Marzu 2017, li jfisser li l-prezz ta’ ċilindru tal-gass ta’ 12kg se jibqa’ dak ta’ €14.50. Hekk kif il-prezz internazzjonali tal-gass LPG qed ikompli jiżdied, f’pajjiżna l-prezz se jkun inżamm stabbli għal sena sħiħa, inklużi x-xhur tax-xitwa meta l-familji jużaw l-aktar il-gass.

Il-Gvern qal li l-prezz stabbilit huwa l-irħas wieħed fl-aħħar sitt snin.

Il-Gvern spjega li baqa’ jadotta politika ta’ stabbiltà anke fil-prezzijiet tal-gass.

Permezz ta’ din l-istabbiltà fil-prezzijiet, kemm il-familji u kemm in-negozji jistgħu jippjanaw aħjar minħabba li għandhom moħħhom mistrieħ fuq il-prezzijiet għal medda ta’ xhur. Dan għall-kuntrarju ta’ kif kien jiġri f’amministrazzjonijiet preċedenti fejn il-prezz kien jinbidel kull xahar.

Il-Gvern irringrazzja lill-kumpanija Liquigas għall-kooperazzjoni tagħha biex titkompla l-istabbiltà fil-prezzijiet tal-gass, u lir-regolatur għas-servizzi tal-enerġija u tal-ilma, tal-ħidma tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend