‘Sir Thomas Trueheart’: abbużat imma xorta jħobb lill-bnedmin – One News

Notifiki

‘Sir Thomas Trueheart’: abbużat imma xorta jħobb lill-bnedmin

F’Ġunju li għadda, persuni bla qalb f’California waddbu aċtu fuq wiċċ qattus li kien jgħix fit-triq, fejn kawża t’hekk tilef għajn waħda.

Peress li kien qattus tat-triq kull ma ried hu ftit ikel, imħabba u attenzjoni. Wara jiem ta’ agunija jdur it-toroq wara li safa attakkat, mara b’qalb tad-deheb sabitu fuq it-tarġa tad-dar u mmedjatament ħaditu għand tabib tal-annimali. Iżda sfortunatament it-tbatija tiegħu ma ntemmitx hemm…

Apparentalment, it-tabib tal-annimali ma kienx jaf x’kien qed jagħmel u kull ma tah kienu pilloli għall-uġiegħ, għamillu testijiet biex jara jekk għandux tip ta’ marda partikolari u fl-istess ħin issuġġerixxa li l-istess qattus jitraqqad.

Kien proprju dak il-ħin meta l-istess mara ddeċidiet li tikkuntattja lis-santwarju bl-isem ta’ Milo’s Sanctuary, magħrufin li jispeċjalizzaw f’każijiet simili fejn jagħtu ċans ieħor ta’ ħajja lil annimali sfortunati. L-istess santwarju semmew lil dan il-qattus ‘Sir Thomas Trueheart’ u għat-tieni darba ħaduh għand tabib tal-annimali differenti, fejn għamel ġimgħat twal fuq pinnoli differenti u b’wiċċu nfaxxat biex ifiqulu l-ġrieħi li kellu.

“Wara dan kollu Tommy kien vera qattus b’qalb kbira. Minkejja minn xiex għadda, xorta waħda għadu jħobb lill-bnedmin u l-imħabba tiegħu tinħass minn dawk li jieħdu ħsiebu” qalu Milo’s Sanctuary fuq is-sit elettroniku tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend