Mill-olokawst għal fuq it-tapit l-aħmar, bid-diska “staying alive” fl-isfond – One News

Notifiki

Mill-olokawst għal fuq it-tapit l-aħmar, bid-diska “staying alive” fl-isfond

Nisa anzjani li għexu l-ħruxijiet tal-Olokawst ħadu sehem f’konkors tas-sbħuija maħsub għal min salva minn taħt idejn in-Nazzisti.

Fuq it-tapit l-aħmar xejru, tefgħu  l-bews u ħadu r-ritratti.

Xi ħaġa li żgur m’għamlux f’żgħożithom meta għexu fil-biża’.

L-erbatax-il mara li ħadu sehem fil-konkors li sar f’Haifa tkellmu wkoll dwar l-esperjenzi koroh li għaddew minnhom fi żmien il-gwerra.

Dan huwa konkors li mhux nieqes mill-kritika. Għax hemm min jgħid li dan mhux il-mod kif tonora lil min għadda minn dan l-avveniment. Iżda, l-parteċipanti u l-organizzaturi qalu mod ieħor. Fissru li dan huwa rikonoxximent u mhux sbuħija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend