Kodak toħroġ smartphone ddisinjat apposta għall-fotografija – One News

Notifiki

Kodak toħroġ smartphone ddisinjat apposta għall-fotografija

Kodak u Bullitt Group għadhom kif ħabbru apparat elettroniku ġdid bl-isem ta’ KODAK EKTRA. Dan l-apparat hu smartphone ddisinjat speċifikament għall-fotografi.

Għandu 21-il megapixel b’sensor tal-kamera jkun veloċi biex jiffoka, b’aperture ta’ f2.0, filwaqt li l-kamera ta’ quddiem se tkun ta’ 13-il megapixel u b’aperture ta’ f2.2.

Dan l-apparat ġdid huwa mmirat li jilħaq lil bosta fotografi minħabba l-ispeċifikazzjonijiet li għandu l-istess smartphone, hekk kif se jkun simili ta’ meta wieħed jagħmel użu ta’ kamera tat-tip DSLR.

Ektra se jkollu app. apposta tal-kamera fejn se jkun qed jagħti l-possibilta’ lil min sej kun qed jagħmel użu minnu biex jagħżel x’se jkun qed jiġbed bħal ritratti ta’ sport, macro u diversi għażliet oħra.

Il-kumpanija għażlet l-isem ta’ Ektra wara l-mudell tal-kamera Ektra li ħarġet għall-ewwel darba fis-sena 1941.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend