L-ewwel għalliema bi bżonnijiet speċjali – One News

Notifiki

L-ewwel għalliema bi bżonnijiet speċjali

Minn etá żgħira, Noelia Garella, kienet tgħaddi minn abbuż verbali… it-tfal fil-klassi kienu jsejħula monstru. Illum, Garella rritornat fil-klassi tal-iskola u qed turi lil bullies li hija kapaċi u rnexxielha tasal fejn ħadd qabel ma rnexxielu jasal, din it-tfajla llum hija l-ewwel għalliema fl-Amerka bi bżonnijiet speċjali.

Noelia, ta’ 31 sena, kellha tegħleb kull tip ta’ preġuddizju qabel irnexxielha tibdel il-ħolma tagħha f’realtá.

F’intervista, l-għalliema stqarret li d-diffikultajiet li sabet f’din it-triq diffiċli għamluha aktar determinata biex tirnexxi u tkun ta’ suċċess.

Alejandra Senestrari kienet l-ewwel persuna li impjegat lil Noelia, fil-kummenti tagħha stqarret li l-amministrazzjoni tal-iskola ma qablux magħha, li mara bi bżonnijiet speċjali se tkun kapaċi tmexxi klassi, iżda maż-żmien irrealizzaw li din l-għalliema għandha t-talent u l-kapaċitajiet neċċessarji.

“Din l-għalliema kapaċi toffri lill-istudenti tagħha, l-iktar ħaġa li japprezzaw… l-imħabba” stqarret Senestrari.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend