Christina Magrin bil-Parachute fil-Junior Eurovision

Parachute hija l-kanzunetta li se tirrapreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li ġej. Inqas minn xahar qabel il-Junior Eurovision jiġi organizzat ġewwa l-Belt Valletta, ħareġ il-video mużikali tar-rappreżentanta Maltija Christina Magrin.

Matt ‘Muxu’ Mercieca huwa l-awtur tal-kanzunetta flimkien ma’ Florent Boshnjaku. Dan tal-aħħar huwa Albaniż u kiteb il-kanzunetta ta’ pajjiżu fil-Eurovision tal-2012. Dik is-sena l-Albanija kisbet il-ħames post, li għadu jfisser l-aħjar riżultat li qatt kiseb il-pajjiż Balkanu fil-Eurovision.

Christina Magrin intgħażlet biex tirrapreżenta lil Malta permezz ta’ selezzjoni li saret fis-sajf.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend