Il-ġungla Franċiża għadha mimlija – One News

Notifiki

Il-ġungla Franċiża għadha mimlija

Għalkemm uffiċjali Franċiżi ddikjaraw li l-kamp t’immigranti f’Calais huwa vojt, jidher li l-hekk imsejħa “ġungla” għadha miżgħuda b’mijiet ta’ immigranti.

Dan skont ġurnalisti u nies li jinsabu fuq il-post.

Intqal ukoll li matul il-lejl li għadda, mal-mitt tifel u tifla tħallew waħedhom mingħajr post fejn jorqdu.

Min-nhar it-Tnejn sal-lum aktar minn ħamest’elef u sitt mitt immigrant iċċaqalqu mill-“ġungla” f’Calais lejn ċentri t’immigranti oħra madwar il-pajjiż.

Numru li jinkludi mal-1,500 tifel u tifla li huma minuri u li m’għandhom lil ħadd min jieħu ħsiebhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend