Is-suwiċidju ma setgħux jipprevenuh – One News

Notifiki

Is-suwiċidju ma setgħux jipprevenuh

L-Awtoritajiet tas-Saħħa u t-tmexxija ta’ Monte Carmeli tneħħew minn kull responsabilità ta’ suwiċidju ta’ pażjent li seħħ lura fl-1989.

Il-Qorti saħqet li l-pażjent miet minħabba l-istat mentali tal-pażjent u għalhekk ma kienx riżultat ta’ inkompetenza jew negliġenza tal-awtoritajiet.

Il-familja tal-pażjenta Junping Van Den Hoek, li kienet rikoverata f’ Monte Carmeli minħabba kundizzjoni ta’ schizophrenia, instabet mgħallqa biċ-ċinturin tal-gejxa tagħha, meta tħalliet waħedha għal ftit ħin, ftit żmien wara li ddaħħlet fil-faċilità.
Minħabba l-kundizzjoni tagħha, fix-xhur qabel is-suwiċidju, l-mara qatlet persuna u pprovat toqtol oħra. Il-familja argumentat li dan l-inċident seta’ kien evitat kieku l-awtoritajiet tal-faċilità ħadu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.
Fix-xhieda li ngħatat mill-uffiċjali tal-faċilità intqal li l-mara ma writx sintomi li riedet tweġġa’ lilha nnifisha, u li kkommettiet suwiċidju ftit wara li żarha żewġha. Il-Qorti saħqet li l-awtoritajiet għamlu dak kollu li hu kien mitlub minnhom dak iż-żmien u li la darba il-pażjenta kienet deċiza xi trid tagħmel, ma stegħetx titwaqqaf.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend