Għajnuna teknoloġika lill-Malta Red Cross – One News

Notifiki

Għajnuna teknoloġika lill-Malta Red Cross

Il-Malta Red Cross hija organiżżazzjoni tas-salvataġġ immexxija minn madwar 25 persuna u megħjuna minn madwar 35 voluntier. Waħda mill-problemi ewlenin kienet il-fatt li l-proċessi kollha kienu qed isiru b’teknoloġija qadima u l-organiżżazzjoni qatt ma kellha sistema ċentraliżżata ta’ email. Fl-istess waqt, ma kien hemm l-ebda uniformità fil-mod kif l-impjegati u l-voluntiera kienu jikkomunikaw bejniethom tant li kienu jużaw emails differenti u servizzi li ġie li ma kienux ikunu kompatibbli.

Eyetech Ltd, bl-għajnuna ta’ Microsoft Malta, issa għadhom kemm installaw software biex b’hekk, id-dokumenti u l-informazzjoni kollha tista’ tkun aċċessibbli minn kullimkien u f’kull ħin. Barra minhekk, kemm l-istaff u l-voluntiera bdew jużaw applikazzjoni diġitali li permezz tagħha, kullħadd jista’ jieħu notamenti, jikteb ideat u jaqsam dawn l-ideat ma’ ħaddieħor b’kwalunkwe device.

Aspett importanti huwa l-użu ta’ Skype for Business għaliex dan inzerta ġie bżonnjuż meta l-iżjed kien hemm bżonn tiegħu. Fil-fatt, dan jintuża b’mod regolari u jservi ta’ kuntatt dirett mal-professjonisti inkluż tobba li jagħtu l-assistenza tagħhom lil dawk li jkunu on-duty, u jgħinu lill-membri ta’ Red Cross dawr kif l-aħjar iqandlu lill-pazjent, kif l-aħjar jagħtu l-ewwel għajnuna u b’hekk jevitaw iżjed kumplikazzjonijiet għall-pazjent.

“Ġejna b’sistema li hija ċentrali u mmaniġġjata minn post wieħed biex b’hekk, issa stajna nibdew nikkonċentraw fuq il-ħidma u l-volontarjat tagħna iżjed milli fuq kif se nħaddmu u napplikaw it-teknoloġija. Illum, il-laqgħat kollha, il-lectures, il-korsijiet ta’ l-ewwel għajnuna u l-inizjattivi kollha ta’ taħriġ qed jiġu koordinati kollha minn din is-sistema u b’hekk, il-Malta Red Cross qed topera fil-komunità b’mod iżjed effiċjenti u effettiv” spjegat Paulette Fenech, Direttur Ġenerali tal-Malta Red Cross.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend