Muturi, trakkijiet u nostalġija, lkoll b’risq Puttinu

F’Ħal Far itellgħet wirja ta’ vetturi b’risq Puttinu. Kull min huwa dilettant tal-karozzi, muturi u trakkijiet kellu xalata iżda forsi l-aktar li spikkaw kienu l-karozzi tal-linja l-antiki li qanqlu nostalġija ħelwa.

Is-sodisfazzjon wara din il-wirja kien qawwi fuq wiċċ l-organizzaturi iżda anki espressjoni ta’ gratitudni mid-diriġenti ta’ Puttinu li din is-sena kienet l-organizazzjoni tagħhom li ntgħażlet sabiex tibbenefika mill-flus miġbura u b’hekk tkun tista’ twettaq iżjed mill-proġetti ta’ fejda li għandha fi ħsiebha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend