Żidiet fid-dħul ta’ persuni b’diżabbiltà – One News

Notifiki

Żidiet fid-dħul ta’ persuni b’diżabbiltà

Anke l-persuni b’diżabbiltà se jesperjenzaw żidiet fid-dħul. Filwaqt li l-Gvern jibqa’ jħeġġeġ l-impjieg ta’ persuni b’diżabbiltà, dawk b’diżabbiltà akuta li ma jistgħux jaħdmu se jkollhom il-benefiċċju tagħhom jitla’ sal-paga minima. 

Minkejja dan, persuni b’diżabbiltà xorta jibqgħu eleġibbli għall-karta r-roża.

Waqt il-qari tad-dokument tal-baġit għall-2017, tħabbar il-ħsieb li titnieda skema li permezz tagħha persuna b’diżabbiltà jkollha l-għajnuna ta’ assistent personali skont il-ħtiġijiet tagħha. L-ispiża annwali se tkun qed tlaħħaq ftit iktar minn miljun ewro.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend