Tinfexx tgħajjat għala qatlilha lil bintha – One News

Tinfexx tgħajjat għala qatlilha lil bintha

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit bdiet il-kumpilazzjoni b’rabta mal-qtil ta’ Caroline Magri.

Fl-aħħar ta’ Settembru li għadda, Caroline Magri ta’ wieħed u erbgħin sena kienet instabet mejta fl-appartament tagħha.

F’dan il-każ qed jitressaq Djibril Ganiou, raġel mit-Togo li skont xhieda tal-Ispettur Keith Arnoud huwa ammetta magħhom li tah daqqiet ta’ sikkina lil mara iżda ma jiftakarx kemm in-numru ta’ daqqiet u fejn rema’ s-sikkina.

L-ispettur żied jispjega li l-argument bejn il-barrani u l-mara beda wara li huwa beda jistaqsiha jekk tħobbux wara li hi anki kienet f’relazzjoni ma’ żewġ persuni oħra.

Barra l-awla spikka wkoll il-kumment ta’ omm il-vittma li nfexxet tgħajjat u tistaqsi lill-akkużat għal qatlilha lil bintha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend