Premjat min jipprovdi trasport b’xejn lill-ħaddiema – One News

Notifiki

Premjat min jipprovdi trasport b’xejn lill-ħaddiema

Fil-Parlament il-Ministru Edward Scicluna qal li ż-żidiet inkuraġġanti fin-numru ta’ passiġġieri li jużaw it-trasport pubbliku hu sinjal ċar li bil-mod il-Maltin qed jiksbu lura l-fiduċja f’dan is-servizz.

Tax credit għal trasport tal-ħaddiema

Mill-2017 se tingħata deduzzjoni mit-taxxa ta’ 150% tal-ispiża, sa massimu ta’ €35,000 fis-sena, fil-każ ta’ kumpanija li tipprovdi dan is-servizz weħidha u sa massimu ta’ €50,000 fis-sena għal kull kumpanija li topera dan is-servizz bi sħab ma kumpanija oħra, lil dawk l-intrapriżi li jipprovdu servizz ta’ trasport b’xejn lill-ħaddiema tagħhom

trasport

Pjan ta’ trasport sostenibbli minn entitajiet pubbliċi

Mis-sena d- dieħla, il-Gvern se jitlob lill-entitajiet tiegħu b’aktar minn 50 impjegat biex iressqu pjan ta’ trasport sostenibbli.

Sena vjaġġar b’xejn b’tal-linja

Kull tfajla u ġuvni li jagħlqu 18-il sena fl-2017, se jingħataw sena vvjaġġar b’xejn b’tal-linja li jammonta ghal massimu ta’ €312 lil kull żagħżugħ u żagħżugħa.

linjacard

Investiment f’mezzi ta’ trasport aktar nodfa

Fl-aħħar baġit il-Gvern daħħal inċentiv għal dawk l-azjendi li jinvestu f’bicycle racks ħalli l-impjegati tagħhom ikollhom fejn ipoġġu r-roti meta jużaw dan it-tip ta’ trasport biex imorru fil-post tax-xogħol. Din l-iskema ser tiġi estiża għas-sena d-dieħla.

Żvilupp ta’ toroq u xogħol ieħor

Fil-qasam tat-toroq fl-2017 se kikkonċentra l-aktar fuq xogħlijiet marbuta mal-proġett tal-Kappara bil-għan li jkun lest sal-aħħar tas- sena d-dieħla. Sadattant se jkunu għaddejjin it-tħejjijiet biex malli jitlesta dan il-proġett, jibda kemm jista’ jkun malajr il-proġett tal- Marsa.

Fl-2017 se nibdew wkoll xogħol ta’ riabilitazzjoni tal-funtana tat-Tritoni u taż-żoni tal-madwar.

Barra minn hekk il-Gvern qed jippjana li jibda’ x-xogħol fuq it- twessiegħ tal-bypass tal-Ħamrun bejn il-mini ta’ Santa Venera u s- slip road li tagħti lejn Ħal Qormi; junction ġdida f’High Ridge f’St Andrews; junction fil-Mosta fejn Vjal il-Labour tingħaqad mar- ringroad tal-Mosta; u proġetti oħra ta’ toroq f’tal-Qajjenza, iż- Żurrieq, Ħal Safi, l-Isla u l-Belt Valletta. Dan minbarra xogħol ta’ manutenzjoni u tiswija ta’ toroq arterjali u distributorji kif ukoll asfaltar ta’ għadd ta’ toroq residenzjali ġodda.

Fil-qasam tat-tiftix għaż-żejt se nkunu qed inwaqqfu kumpanija nazzjonali biex tħares l-operat ta’ dan is-settur.

Proġett fil-Port għal cruiseliners

Se jitwessa’ Pinto Wharf bi 15-il metru biex ikun hawn it-tieni moll li jista’ jilqa’ cruiseliners ’l fuq minn 300 metru.

Proġetti ta’ fejda għall-komunità

Il-programm ta’ dan ix-xogħol jinkludi wiċċ ġdid lit-toroq tal-Belt Valletta speċjalment fiż-żoni residenzjali; proġett ta’ restawr u riabilitazzjoni tan-naħa t’isfel tal-Forti Sant Iermu; bini mill-ġdid u pavimentar tal-promenade fil-Qajjenza; ġnien fil-pjazza ta’ Triq l- Irmiġġ, l-Imsida; faċilitajiet sportivi fil-Kalkara u x-Xgħajra; ir- restawr taz-zuntier ta’ isfel tal-Knisja ta’ Santa Katerina fiż-Żejtun; u l-iżvilupp ta’ ground tal-football fil-Park tal-Familja f’Marsaskala.

Il-Gvern kommess li jwettaq ir-riġenerazzjoni ta’ Marsaxlokk. Matul din is-sena, saret konsultazzjoni pubblika biex ir-residenti tal-lokal joffru s-suġġerimenti tagħhom fuq kif il-villaġġ jista’ jiġi rriġenerat bl-aħjar mod. Sar ukoll xogħol konness mat-tiswija u tisbiħ tat-toroq tal-madwar biex titjieb iċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku u l- aċċessibilità.

Beda wkoll il-proċess ta’ tendering għall-bini ta’ parkeġġ ġdid u x- xogħol previst li jsir fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla meta se jitlestew ukoll it-toroq tal-madwar. Wara, jibda x-xogħol fuq Xatt is- Sajjieda biex din il-parti tal-villaġġ tinbidel f’żona pedonali.

Bis-sehem ukoll tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, matul is-sena d- dieħla se jsir pjan għar-riġenerazzjoni ta’ din il-lokalità.

Fil-Fgura se jiwettaq proġett ambjentali u sportiv li jikkonsisti fi ġnien fi Triq Valperga fejn se jinżergħu aktar siġar u se jinkludi wkoll walking u jogging track, żoni ta’ rilassament, pitch sportiv u scouting area. Hemm il-ħsieb ukoll li biswit dan il-ġnien ikun hemm ukoll bmx track.

Se tingħata għajnuna lill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ, sabiex jinbena Ċentru Ċiviku ġdid.

Ser isir ukoll xogħol fil-ġnien Duminku Mintoff f’Raħal Ġdid, sabiex b’hekk ir-residenti jkunu jistgħu igawdu ambjent isbaħ u b’faċilitajiet moderni. Xogħol simili se jkun qed isir ukoll fil-Ġnien l- Għarusa tal-Mosta.

Process ieħor li ser jitnieda huwa dak tal-partial local plan review fejn qed jigi identifikat sit fuq art pubblika diga kommessa fiz-zona ta’ zvilupp sabiex isir centru amministrattiv barra l-Belt Valletta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend