Jiġbru €5,200 b’risq id-Dar tal-Providenza – One News

Notifiki

Jiġbru €5,200 b’risq id-Dar tal-Providenza

€5,200 inġabru fit-tielet edizzjoni tal-“Mixja, Qadfa, Ġirja” li saret il-Ħadd 16 ta’ Ottubru b’risq id-Dar tal-Providenza. Mijiet ipparteċipaw f’din l-attivitá, li kienet organizzata mill-Grupp Żgħażagħ Gudja, bl-appoġġ ta’ RTK4Charity.

Fil-mixja li bdiet mill-pjazza tas-Siġġiewi ħadu sehem il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, Ministri, Segretarji Parlamentari u membri tal-Parlament miż-żewġ naħat tal-Kamra, rappreżentant tal-Alternattiva Demokratika u membri tal-pubbliku.

Is-sewwieqa tal-muturi telqu minn Misraħ ir-Rebħa fil-Birgu, dawk tar-roti telqu mill-pjazza tal-Katidral tal-Imdina waqt li dawk li ħadu sehem fil-ġirja telqu minn quddiem il-knisja parrokkjali taż-Żurrieq. L-erba’ gruppi baqgħu sejrin fi triqthom lejn il-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza fejn saret quddiesa iċċelebrata mill-Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend