Investiment miljunarju fl-edukazzjoni – One News

Notifiki

Investiment miljunarju fl-edukazzjoni

Fl-edukazzjoni, l-investiment li tħabbar fil-baġit għas-sena d-dieħla huwa miljunarju.

Se jkompli l-bini ta’ skejjel. Għat-tielet sena konsekuttiva, se jinbnew tliet skejjel ġodda. Din id-darba f’San Pawl il-Baħar, Marsascala, u r-Rabat Għawdex. Se jinbena ċentru ġdid għall-ħarsien tat-tfal fl-iskola Primarja ta’ San Ġiljan. Dan flimkien ma’ xogħol fi skejjel oħra.

Għal sena oħra se jerġgħu jiżdiedu l-istipendji pro rata, biż-żieda għall-għoli tal-ħajja. Dawk li jattendu l-Alternative Learning Programme f’Raħal Ġdid se jieħdu stipendju.

Studenti b’diżabbiltà u studenti li jgħixu fid-djar tal-Knisja u konservatorji se tingħatalhom b’mod awtomatiku l-għotja supplimentari mal-istipendju.

Għas-sena d-dieħla wkoll se jkunu allokati €400,000 għal ħaddiema minn skejjel statali u minn skejjel oħra li jitolbu leave mħallas biex ikollhom ċans jistudjaw.

Se jkunu investiti madwar seba’ miljun ewro fl-Università fi proġett kapitali li jinkludi l-estensjoni ta’ laboratorji, faċilitajiet, residenza u parkeġġ f’Tal-Qroqq.

Investimenti oħra se jsiru fl-MCAST.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend