Infrastruttura b’saħħitha għal ekonomija b’saħħitha – One News

Notifiki

Infrastruttura b’saħħitha għal ekonomija b’saħħitha

Il-qabżiet kbar li għamlet l-ekonomija f’dawn l-aħħar tliet snin bin-numru kbir ta’ viżitaturi barranin u numru ta’ persuni rekord li qed joħorġu minn djarhom kuljum biex jaħdmu qed joħolqu sfidi ġodda għall-infrastruttura u l-ambjent tal-pajjiż.

Il-Ministru Scicluna qal li l-Gvern ippreparat ikompli jinvesti bil-kbir u kif ukoll jinkoraġġixxi lis-settur privat jinvesti biex il-pajjiż ikollu l-infrastruttura li tixraq lil pajjiżna. Il-Gvern irid jara li dan l-izvilupp ikun sostenibbli sabiex jinżamm il-bilanċ meħtieġ biex l-ambjent ikun protett.

Enerġija

It-trasformazzjoni tal-Enemalta tkompli wara upgrade ieħor mil-credit rating agencies. Dan bis-saħħa ta’ investment ta’ 80 miljun ewro li saru fi tliet snin mil-Enemalta fis-sistema tad-distribuzzjoni.

Dalwaqt jingħalaq darba għal dejjem l-impjanti li jaħdmu bil-heavy fuel oil u jibdew joperaw iż-żewġ impjanti għall-ġenerazzjoni tal-elettriku bil-gass naturali.

Bis-saħħa ta’ dawn l-iżviluppi, il-Marsa Power Station ma tibqax aktar on cold standby u tiġi decommissioned kompletament, ikompli ż-żarmar tat-turbini, boilers u ċmieni biex tkun tista’ tibda r- riġenerazzjoni ta’ din iż-żona fil-Marsa. Fl-2017 jibda wkoll iż- żarmar tal-eqdem impjant fid-Delimara Power Station li jinkludi boilers, turbini tal-fwar u ċ-ċumnija għolja 150 metru li ma tieqafx tarmi l-emissjonijiet.

Matul din is-sena l-medja tal-interruzzjonijiet tal-elettriku kien biss ta’ 63 minuta minn medja ta’ 4 sigħat qabel l-2013.

Pipeline tal-gass ma’ Sqallija

Se tkompli l-ħidma fuq il-wegħda tagħna ta’ pipeline tal- gass li jgħaqqad lil Malta ma’ Gela fi Sqallija.

Fl-2016 sar xogħol biex nidentifikaw kuridur f’qiegħ il-baħar minn fejn jgħaddi l-pipeline; is-siti fejn il-pipeline jingħaqad mal-grid tal- gass fi Sqallija u f’Malta; fuq il-ħruġ ta’ permessi ambjentali; u biex ġie identifikat l-aħjar sit fejn il-pipeline jista’ jaqbad mas-sistema tal-gass fl-istazzjon ta’ Delimara. Qed isiru wkoll testijiet ġeoloġiċi biex insibu l-aħjar rotta tal-pipeline minn taħt l-art ġewwa Delimara.

Ħażna ta’ fuels

Enemed se tkun qed timmodernizza l-impjant tal-ħażna f’Ħas-Saptan u tiżviluppa filling station ġdid, b’investiment ta’ aktar minn €50 miljun. B’hekk titwettaq wegħda oħra li jingħalaq darba għal dejjem l-impjant tal-31 ta’ Marzu f’Birżebbuġa.

L-Enemed qed taħdem ukoll biex timmodernizza l-faċilitajiet ta’ ħażna ta’ jet fuel fl-ajruport – investiment ta’ aktar minn €15-il miljun. Il-proġett mistenni jibda fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.

Enerġija rinnovabbli

Fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli u effiċjenza fl-użu tal-istess enerġija, l-aġenzija Energy and Water Agency li twaqqfet għal dan il-għan, kompliet miexja b’diversi inizjattivi fuq is-sostenibilità, is-security of supply u l-affordabilità tal-enerġija u l-ilma f’Malta.

Sa tmiem din is-sena jintlaħqu nofs il-miri ta’ 10% li jridu jintlaħqu sal-2020. B’hekk, sal-aħħar ta’ din is-sena f’Malta se jkun hawn bejn 95 u 100 megawatt peak ta’ installazzjonijiet ta’ pannelli fotovoltajiċi bis-saħħa ta’ skemi innovattivi u sostenibbli.

Fl-2016 sar xogħol preparatorju biex tingħata opportunità għal investiment f’enerġija rinnovabbli lil min m’għandux aċċess għal bejt permezz ta’ solar farm komunitarju fuq il-ġibjun tal-Fiddien.  F’Awwissu ta’ din is-sena l-Kummissjoni Ewropea approvat skema ta’ € 140 miljun għal large scale renewable energy installations.5 Fl-2017 se nkomplu bi skemi ta’ grants għal residenti li jixtiequ jinstallaw panelli fotovoltajiċi fuq ir-residenzi tagħhom.

Se jkun hemm skemi oħra li jinċentivaw l-użu ta’ heat pump water heaters, double glazing, roof insulation, solar water heaters u rinovar tal-bjar. Qed nistmaw li permezz ta’ din l-iskema se nkunu qed ngħinu lil madwar 1,000 familja u li biha waħedha se nkunu qed innaqqsu madwar 440 tunnellata metrika ta’ CO2.

L-conservation unit (Energy and Water Agency) ser tkompli tistudja l-potenzjal tal-bjut ta’ skejjel pubbliċi għall-produzzjoni ta’ aktar enerġija rinnovabbli waqt li ser jibdew jinbnew l-ewwel solar farms bi ftehim bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, il- GRTU u l-Malta Developers Association. Is-sena d-dieħla jibda l- installar tal-pannelli.

Se tibda titħaddem ukoll skema mfassla mill-istess aġenzija u amministrata mill-Malta Enterprise, wara konsultazzjoni u kollaborazzjoni mal-GRTU, għal energy audits għall-SMEs. 7

Taħt miżura favur iktar effiċjena fl-użu tal-enerġija, il-Malta Enterprise mistennija taħdem fuq l-iżvilupp ta’ skema li toffri għajnuna biex intrapriżi b’konsum għoli ta’ energija jkunu mgħejuna jinvestu f’sistemi u makkinarju li jgħinuhom itejbu l- effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

Se tkomplu wkoll il-kampanja ta’ żjarat fid-djar biex jiżdied it-tagħrif dwar l-użu għaqli tal-enerġija u l-ilma u jingħataw pariri f’dan is-sens.

Inħass ukoll il-bżonn li jinfetħu skema ta’ grants biex ikunu promoss il-bdil ta’ appliances qodma. Għalhekk ser issir skema ta’ eco cheques għal dawk l-aktar vulnerabbli biex jibdlu refrigerators, air conditioners u tumble dryers b’mudelli aktar ekonomiċi u moderni.

Ftehim dwar iffrankar fil-konsum tal-enerġija

Matul is-sena d-dieħla, għal-lukandi se nibdew inħaddmu skema bejn l-aġenzija Energy and Water Agency u l-MHRA fejn il-membri ta’ din l-assoċjazzjoni jibdew jibbenefikaw minn forom ta’ gwadann fuq savings irreġistrati fil-konsum tal-enerġija tagħhom.

Solar bonds biex jinxtraw mill-pubbliku

Wara li ksibna fondi mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp ta’ skemi solari u biex jintlaħqu l-miri nazzjonali fuq renewable energy, fix- xhur li ġejjin il-Malita plc bi sħab mal-Malta Government Investments Ltd se toħroġ għall-bejgħ fis-suq solar bonds li jkunu jistgħu jinxtraw mill-pubbliku.

Dawn il-bonds se jiffinanzjaw il-kiri ta’ sistemi ta’ pannelli solari li jitwaħħlu minn stabbilimenti kummerċjali. B’hekk kumpaniji li jinvestu f’dawn is-sistemi se jkollhom opportunità oħra ta’ finanzjament. Il-bonds se jintużaw ukoll għal finanzjament ta’ sistemi solari f’żoni pubbliċi li se jiġu identifikati fix-xhur li ġejjin.

Ilma

Din is-sena l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma temmet ix- xogħol fuq tliet polishing plants fiż-żona taċ-Ċumnija fil-Mellieħa, f’Ras il-Ħobż f’Għawdex u f’Ta’ Barkat fix-Xgħajra għat-trattament terzjarju tal-urban waste water biex ikollna ilma alternattiv għall- bdiewa u l-industrija. Kif jitlestew il-commissioning u l-ittestjar fuq dawn l-impjanti se nkunu qed jiżdiedu mas-seba’ miljun metru kubu ta’ ilma ġdid.

Taħt it-tieni parti ta’ dan il-proġett se ssir l-infrastruttura għat-tqassim ta’ dan l-ilma permezz ta’ dispensers elettroniċi li jaħdmu b’top-up cards. Il-proġett mistenni jkopri madwar 1,200 ettaru ta’ art agrikola.

Bi spiża ta’ €1.5 miljun fl-2017 se nagħmlu xogħol ta’ landscaping biex insebbħu d-dehra u ntejbu l-ambjent madwar l-impjant f’Ta’ Barkat u ntaffu l-problema tal-irwejjaħ, partikolarment għar- residenti tax-Xgħajra.

Tul is-sena li ġejja l-Korporazzjoni ser iġġedded is-sistema ta’ drenaġġ fi Triq Cachia Zammit fiż-Żejtun bi spiża ta’ €1.5 miljun biex issolvi l-problema tad-drenaġġ li ilha takkumula fl-inħawi, l- istess kif sar fiż-żona tal-Baħrija matul din is-sena.

Fir-rigward tal-Baħrija, is-sena d-dieħla se jitkompla x-xogħol ta’ resurfacing ta’ Triq in-Nigra kollha u jsir xogħol ieħor fuq id-dawl fit-triq prinċipali waqt li se jiġu rinovati faċilitajiet rikrejattivi għat- tfal.

Fl-2017 l-aġenzija Energy and Water Agency se tiftaħ iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Ilma fl-inħawi tan-Nigret fir- Rabat.

Se jintużaw fondi mill-Unjoni Ewropea għar-rijabilitazzjoni tal-ilqugħ tal-ilma f’Wied il-Qlejjgħa (Chadwick Lakes) u għar-restawr ta’ diversi lqugħ tal-ilma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend