Għawdex: infrastruttura u konnettività – One News

Notifiki

Għawdex: infrastruttura u konnettività

  • It-tieni fibre optic link
  • Ċentru diġitali
  • Bidu għall-proċess biex jidħol fast ferry
  • Għajnuna lill-Għawdxin li jattendu isitituzzjoni privata ta’ edukazzjoni għolja f’Malta
  • Strateġija għal Kemmuna

Il-proposti għal Għawdex jiffokaw fuq l-infrastruttura u l-konettività bil-għan li Għawdex isir iktar aċċessibbli.

Se jsir it-tieni fibre optic link bejn Malta u Għawdex, b’investiment ta’ tliet miljuni u mitejn elf ewro.

Jibda x-xogħol fuq iċ-ċentru diġitali għal Għawdex fejn is-sit tal-eks Benna se jinbidel f’wieħed state of the art fejn jinħolqu impjiegi ta’ kwalità. Dan b’investiment ta’ sittax–il miljun ewro.

Se jingħata bidu għal proċess biex jidħol fast ferry service.  Jissokta x-xogħol u l-istudji marbuta ma’ mina bejn Malta u Għawdex.

Se jkompli x-xogħol fuq il-Qorti ta’ Għawdex, se jsir il-mużew għal Għawdex b’investiment ta’ ħames miljun ewro, jibda x-xogħol fuq il-Pixxina Nazzjonali f’Għawdex u jkompli x-xogħol fuq id-Dar tal-Anzjani f’Għajsnielem.

Se jkun estiż is-sussidju li llum jingħata lill-istudenti full-time fl-Università ta’ Malta u fl-MCAST biex jilħaq ukoll lil dawk l-Għawdxin li jattendu xi isitituzzjoni privata ta’ edukazzjoni għolja f’Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend