Notifiki

Metsola ddur Brussell titkellem kontra Malta

Il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola ħadet l-irwol fi Brussel li ddur il-ġurnalisti u titkellem kontra l-Gvern Malti u kontra Malta biex tipprova timmina l-Presidenza ta’ tal-Kunsill tal-Ministri ta’ Malta.

Kienet il-gazzetta KullĦadd li rapportat kif fl-aħħar ġimgħat Metsola, imqabbda minn Simon Busuttil, marret fuq ġurnalisti speċifiċi barranin ibbażati fi Brussel u qaltilhom ċar u tond li hi mhux se tħalli l-Presidenza tkun suċċess “għax ġejja elezzjoni u l-Gvern jirkeb fuqha”.

Il-kliem li wżat minn Metsola kienu li l-elezzjoni f’Malta hija fil-qrib u l-Gvern se jkun qed juża l-Presidenza biex jidħol għall-elezzjoni fuq nota pożittiva. “We (PN) will not let them get away with it”, qalu sorsi fi Brussels li tkellmu ma’ mal-KullĦadd.

L-istess sorsi spjegaw li dawn il-ġurnalisti impressjonaw ruħhom kemm hi organizzata biex ittellef lil Malta waqt il-Presidenza.   Il-ġurnalisti li semgħu dan id-diskors kienu kwotati jgħidu li kienu mbellħin b’dan id-diskors. “Qatt ma sabu ma’ wiċċhom sitwazzjoni hekk fejn Membru Parlamentari ta’ pajjiż li se jiehu l-Presidenza jitkellem kontra pajjiżu stess,” qalu l-istess sorsi.

F’dawn l-aħħar xhur żdiedu l-attakki f’media bbażati fi Brussel u jidher ċar kristall li l-Partit Nazzjonalista qed jipprova jħammeġ isem Malta lejliet il-Presidenza.

Kullħadd żvelat ukoll wkoll li kien hemm stejjer li twaqqfu mill-ġurnalisti nfushom għax meta ċċekkjaw ma’ sorsi tagħhom f’Malta stess sabu li dak li temawhom ma kien veru xejn u ntiż biss biex jagħmel ħsara.

Ta’ QabelLi Jmiss

8 Comments

  1. eeeh. Dak li marret tghid. Ghax jien hsibt li qed iddur tghid kemm qed jaghmlu hsara dawn l-istejjer ta’ Ex ministru direttur ta’ kumpanija mhabbla fi storja ta’ frodi. U kemm qed taghmlilna hsara il-kwistjoni ta’ ex assistent parlamentari msemmi fi storja ta’ hasil ta’ flus.

  2. Allura haga bhal din il gvern ma jistax iressaqa quddiem il gustizja jixliha bi TRADIMENT LEJN PAJJIZA. Ghax jien meta nisma dawn l-affarijiet demmi ma jtinhiex li nibqa kalm zgur. Ibqa cert li kieku kien zmien iehor lanqas tilhaq tirfes fil pajjiz li ma kienetx tigi xkanata u sewwa kienu jaghmlulha. Pajjizek hobbu ghax ghalek fdawlek il fiducja taghhom in nies u mhux biex tittradixxi u zzeblah lill Malta.

  3. Se jiehdu passi fuqa l’autoritàjit AX et tejt fuq malta li mux minu AX kiku jien xi hat ihor nahsep giga batu allih

  4. Such bums should be prosecuted and if such accusations become confirmed then they should be made to lose their Maltese rights and privileges.

  5. If this is true, again, if this is true, then we really, as a nation, are facing a national problem. If what is reported is true, (what is written is just hearsay, no names or real quotes are offered) then we as a nation have to pause and think. What Metsola is accused of doing, is not political expediency, it is not vote grabbing. It is callous, sad, and tantamount to betrayal. It is ugly politics, where fear, conniving and underhandedness goes beyond the need to deliver a credible opposition and becomes vile, utterly dishonest and dangerous vindictiveness. This cannot and should not be swiped under a carpet of expedient democracy. This should be blurted out and exposed for what it really is: BETRAYAL…..again, if what is reported actually happened.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend