Sfreġju, dak li ħalla l-Partit Nazzjonalista fil-qasam tal-enerġija. Min-naħa l-oħra Gvern Laburista rnexxielu jibdel dan is-settur għal wieħed li jfisser aktar arja nadifa.
Fid-diskors tiegħu fiċ-Ċentru Laburista tal-Marsa, il-Ministru Konrad Mizzi stqarr li l-Marsa se terġa tingħata l-ħajja li jistħoqilha, riżultat ta’ bidu ġdid għas-settur tal-enerġija f’pajjiżna. Il-Ministru għamel referenza għal 25 sena ta’ wegħdi li għamel Partit Nazzjonalista u li kellu jkun Gvern Laburista li jagħlaq il-power station tal-Marsa. Struttura li se tkun qed titneħħa sas-sena d-dieħla.
Il-Gvern se jkun qed jikkonsulta wkoll mal-Kunsill tal-Marsa u l-istakeholders sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-Marsa permezz ta’ pjan ta’ riġenerazzjoni.
Huwa fakkar kif il-powerstation tal-Marsa, kienet tfisser tniġġiż, l-għola tarriffi tad-dawl fl-Ewropa, qtugħ fil-provvista tad-dawl frekwenti kif ukoll xiri ta’ heavy fuel oil, l-aktar żejt li jniġġeż, b’koruzzjoni.
Fuq il-proġett tal-enerġija li se jkun qed inaqqas it-trab iswed b’ 90%, Konrad Mizzi spjega li fiż-żmien li ġej se jkunu qed jiġu ppublikati rapporti kollha li jiċċertifikaw is-sigurtá tat-tanker Armada Mediterrana LNG. Mizzi temm jgħid li huwa kburi li f’Settembru li għadda saret l-aħħar xirja ta’ heavy fuel oil, biex issa pajjiżna se jkun qed igawdi minn arja aktar nadifa.