L-espert fil-kimika jwieġeb għall-mod li bih kien kwotat min-NET – One News

L-espert fil-kimika jwieġeb għall-mod li bih kien kwotat min-NET

Il-Professur fil-Kimika u kap tad-Dipartiment tal-Kimika fl-Università ta’ Malta, Emanuel Sinagra wieġeb għal storja fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista li tikkwotah jgħid li l-LNG għandu potenzjal jifga lil dak li jkun.

“Nazzarda ngħid li l-kummenti tiegħi se jintużaw għada f’Marsaxlokk” stqarr magħna f’korrispondenza li ħass li kellu jibda minn jeddu, filwaqt li offra spjega ta’ dak li qal fuq il-programm Dissett…”biex nevitaw reazzjonijiet isteriċi tal-massa”.

Stqarr li huwa fatt li l-LNG għandu potenzjal li jifga lil dak li jkun, l-istess bħal m’għandu potenzjali jifga bniedem il-gass taċ-ċilindri (LPG) u n-nitroġenu li jsawwar 80% tal-atmosfera tagħna. F’kull każ, il-possibiltà li dan jispiċċa jifga bniedem jiddependi miċ-ċirkostanzi. Dan japplika wkoll għal kemm l-LNG u l-LPG kapaċi jieħdu n-nar.

Il-Professur sostna li l-kummenti tiegħu, hekk kif imxandra min-Net, jinkludu l-bżonn li kull sustanza li għandha potenzjal li tagħmel ħsara tkun indirizzata b’miżuri ta’ prekawzjoni. L-industrija tal-LNG mhix eċċezzjoni, sostna l-professur. Qal li l-ħaddiema marittimi fl-industrija tal-LNG għandhom storja ta’ prattiċi siguri li tista’ tgħid xejn ma jirbħilha. Temm jgħid li jinsab ċert li ħaddiema Maltin se jidħlu għall-isfidi involuti u jqandlu s-sitwazzjoni b’mod korrett daqs kemm huma korretti imsieħba barranin.

L-artiklu hekk kif deher fuq il-mezzi tax-xandir tal-PN:
screen-shot-2016-10-15-at-15-03-01

Kliem il-Professur dwar it-tixbiha mad-diżastru ta’ Chernobyl:

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Mhux Kulhadd jaf li kull gass jista’ jifgek? Anki l-exhaust tal-karozzi jista’ jifgana. Mela Issa jmissna la nohorgu fit- Triq minhabba fil-karozza u l-anqas noqoghdu d-Dar minhabba fic-cilindri tal-gass. Issa l-PN waqa’ wisq fil-baxx. Kemm jahsbuna boloh!

  2. Minhabba l-Oppozizzjoni Moralment KORROTTA li ghandna, ikun ahjar li certi affarijiet ma’ jinghadewx. Ghax l-Oppozizzjoni Nazzjonalista Moralment KORROTTA malajr iddawarhom f’GIDEB SFACCAT!!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend