Unit ġdid biex jinvestiga l-evażjoni tat-taxxa – One News

Notifiki

Unit ġdid biex jinvestiga l-evażjoni tat-taxxa

It-tliet dipartimenti ewlenin bl-inkarigu tal-ġbir tat-taxxa f’ pajjiżna, iġfieri dawk tat-taxxa, VAT u dwana ,se jingħaqdu u jniedu unit ġdid bejniethom li jinvestiga u jipproċedi kontra l-attività ekonomika illegali, magħrufa aħjar bħala ‘black economy’.

Fi kliem il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, it-task force konġunt se jkollu rwol simili għal dik tal-‘Guardia di Finanza’ Taljana.

Dan huwa sforz biex tkun indirizzata l-problema persistenti t’evażjoni tat-taxxa u kummerċ illegali li joħloq żvantaġġ kompetittiv għal dawk in-negożji li jimxu mar-regoli.

Il-ħaddiema fi ħdan il-unit il-ġdid se jkunu mħarrġa barra minn xtutna u se jingħataw il-mezzi teknoloġiċi li jagħtu indikazzjoni ta’ fejn hemm l-ikbar riskju ta’ ksur ta’ liġi.

Il-Ministru Scicluna stqarr li dan huwa l-ewwel pass fit-twettieq tal-wegħda li ma jkomplix jintilef id-dħul tal-gvern minħabba l-black economy u ma eskludiex li fil-futur qrib jiżdiedu wkoll il-penali għal min jipprova jagħmel dan.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend