Malta magħżula għal serje televiżiva Ingliża – One News

Notifiki

Malta magħżula għal serje televiżiva Ingliża

F’Malta bħalissa għaddej il-filming ta’ episodju speċjali ta’ serje televiżiva Ingliża Birds of a Feather. Din is-serje Ingliża kienet bdiet tixxandar f’l-1989 u hija segwita minn madwar 8 miljun spettatur.

Fi kliem il-produttur Matthew Mulot, Malta provdiet lokalitajiet u crew eċċellenti biex ikunu jistaw jiġbdu x-xeni kollha li kellhom bżonn. It-tlett atturi prinċipali Pauline Quirke, Linda Robson u Lesley Joseph kienu kollha Malta biex jinterpretaw ix-xeni taħt id-direzzjoni ta Martin Dennis, Direttur Ingliż rebbieh ta’ BAFTA Award.

Il-Kumissjoni tal-Films qalet li din is-sena żdiedu hafna l-produzzjonijiet internazzjonali tat-televizjoni li għazlu lil Malta. Kien biss ftit gimgħat ilu li Netflix kienu Malta biex jiġbdu xeni għas-sensiela Sense 8. Dan kollu huwa parti minn pjan strateġiku biex l-industrija tal-films f’Malta tkun aktar konsistenti u tiggarantixxi xogħol kontinwu tul is-sena kollha.

Il-Kummisjoni tal-Films fissret li riżultat tal-politika nazzjoni għall-films, l-industrija għaddejja minn proċess ta’ diversifikazzjoni u mhux qed tiddependi biss fuq films, iżda qed jinħolqu wkoll impjiegi ġodda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend