Marthese, Chernobyl u l-Professur – One News

Notifiki

Marthese, Chernobyl u l-Professur

Ix-shadow minister nazzjonalista, Marthese Portelli, ħadet sehem fil-programm Dissett. Kliemha stonaw wisq meta mqabbla ma’ ta’ esperti fis-suġġett li tkellmu warajha. Is-suġġett kien it-tanker tal-LNG u f’kampanja ta’ biża’ li qed imexxi l-Partit Nazzjonalista, Marthese Portelli qablitu mat-traġedja nukleari f’Chernobyl.

Chernobyl kien diżastru nukleari, f’April tal-elf disgħa mija sitta u tmenin li mhux biss ħalla persuni mejta b’mod immedjat iżda li wassal ukoll għal eluf ta’ mwiet prematuri fis-snin li segwew. Il-Professur tal-Kimika fl-Universita ta’ Malta, Emanuel Sinagra, innota kif it-tixbiha ma’ Chernobyl mhi flokha xejn.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

3 Comments

  1. Marthese donnha nsiet jew forsi miskina ma tafx li l-PN gab bastimenti b’ armi nuklejari fil-Port il-Kbir! Dak in- nhar zgur kellna cans ta’ xi Chernobyl!

  2. Ma nafx kif ghada tithalla titkellem din il-persuna. Hlief hmerijiet ma tghidx u minn fuq mank tirrispondi id-domandi li jsirula. Inkompetenza li ma bhalha. U mhix l-ewwel darba. Din il-persuna kienet ghamlet kumment ridikolu dwar l-gholi fil-prezz futur ta l-ghagin f’Marsascala li, skond hi, ha jsehh minhabba l-universita fiz-Zonqor. F’Bormla x’ha joghla? Il-pizelli?? Marthese ‘Le Rose’ Portelli.

  3. Ma nistax nifhem kif dawn il-paraguni jiguhom f’mohhom!!!!! Possibli li ma ghandhomx min jaghtihom parir qabel jitkellmu?

Leave a Reply to Joseph Mifsud Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend