Investigazzjoni ta’ mewt suspettuża – One News

Investigazzjoni ta’ mewt suspettuża

 

Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-tmienja u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa residenza fi Triq il-Merluzz, San Pawl Il-Baħar.

Hemm sabu raġel bla ħajja f’waħda mill-kmamar. Minn aktar investigazzjonijiet ġie stabilit li r-raġel huwa ta’ nazzjonalità Ingliża u għandu 77 sena.

Wara awtopsja li saret fuq il-katavru aktar kmieni llum, il-Pulizija qed titratta din l-investigazzjoni bħala waħda ta’ mewt suspettuża.

Il-Pulizija qed iżżomm persuna inkonnessjoni ma’ din l-investigazzjoni.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend