Sejjaħ lil Partit Laburista u faxxist, iżda ma pprovda ebda forma ta’ spjega dwar għemilu. Fil-jum li fih il-gazzetta Maltatoday ħarġet b’aktar dettalji dwar każ li fih jissemma hu, il-viċi kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami nfexx f’serje ta’ attakki miġbura fi stqarrija (ma sejjaħ ebda konferenza tal-aħbarijiet kif inhu tipiku tiegħu) li ma toffri ebda serħan-il moħħ.
Illum ħareġ aktar dwar l-investigazzjoni ta’ Capital One, li f’Malta kienet taġixxi f’isimha kumpanija fiduċjarja bl-isem ta’ Baltimore. Wieħed miż-żewġ persuni fit-tmun ta’ Baltimore kien Beppe Fenech Adami. €5.3 MILJUN daħlu fil-kont ta’ CapitalOne fuq medda ta’ erba’ snin…primarjament minn kumpaniji Ċiprijoti u Griegi, u li iktar tard għaddew f’kumpaniji Ċiprijotti oħra.
Flok spjega dan kollu, Beppe Fenech Adami qal li dan huwa gideb ta’ min huwa “daru mal-ħajt” – għalkemm hija l-Maltatoday li qiegħda tiżvela din l-istorja.
Qal li qiegħdin jipprovaw iħammġuh, li din hija tattika faxxista, li l-Gvern qiegħed jipprova jagħlaq ħalq min opponih, li l-istorja hija ffabrikata u li hija bla bażi. Mingħajr ma semma li l-Pulizija Maltija kienet intalbet tinvestiga minn dik Olandiża.
Filwaqt li b’arroganza rrefera għall-“korrotti u kriminali” li qal li l-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat “għandu ma saqajh”, ma lissinx kelma fuq dak li kien iddikjara fl-2013, ċioe li kumpaniji fiduċjarji huma responsabli għal ħidmiet l-klijenti tagħhom.