L-ebda tarf għall-politika tal-PN – One News

L-ebda tarf għall-politika tal-PN

Jagħmel x’jagħmel dan il-Gvern, għall-oppożizzjoni xejn m’hu tajjeb. Oppożizzjoni li lanqas hi stess ma taf x’inhi d-direzzjoni politika li qed tieħu.  Fl-istess grupp issib min jgħid ħaġa u fl-istess ħin min jġhid ohra. Hekk ġara dwar il-privatizazzjoni ta’ l-Air Malta.  Busuttil qal ħaġa u Claudio Grech qal oħra.  Wiehed jgħid mod u sħabu jgħidu mod iehor.  Każ ċar li tal-PN ma jafux x’iridu.

Il-verità hija li dak li wettaq il-Gvern f’dawn l-aħħar tliet snin, l-Oppożizzjoni ma stennietu qatt u qatt.  L-oppożizzjoni ħasbet li dan il-Gvern mhux ser jirnexxi u ħasbet li bl-istess uċuh u bl-istess arroganza, kienet ser terġa’ tkun fil-Gvern mingħajr sforzi ta’ xejn.

Dan kollu iżda malajr sfaxxalhom fix-xejn u f’daqqa waħda pajjiżna sab oppożizzjoni maqbuda bla viżjoni, bla politika li twettaq u bla appoġġ mil-partitarji taġħha stess.  Aktar ma dan il-Gvern beda juri kemm verament kellu pjan għal pajjiżna, aktar bdejna naraw l-oppożizzjoni tiġi darha mal hajt.

L-ikbar problema iżda hija li l-Kap tal-PN qed jidher mifxul u moħħu biss biex jattakka lil dan il-Gvern, jipprova jikkawża nċertezza fil-pajjiż u joħloq storja fuq kull haġa tajba li jgħamel dan il-Gvern.  Tajjeb qalu uħud li forsi ikun aħjar li Busuttil jidelitta b’xi rota u joqgħod jieħu r-ritratti.

Madankollu il-konferma li dan il-Gvern miexi fid-direzzjoni t-tajba mhux biss ġejja mil-poplu Malti iżda tista’ titkejjel ukoll fuq il-pandimonju li toħloq l-oppożizzjoni hekk kif jitħabbar xi investiment jew twettieq ta’ pjan, bhal per eżempju tal-enerġija bil-gass.  L-unika ħaġa li qed tagħmel l-oppożizzjoni f’dan il-ġrajjiet hija li titlaq b’attakki feroci fuq il-Gvern biex tipprova tiddiskredita l-ġid kbir li qed joħloq dan il-Gvern.

Hawn ta’ min jistaqsi lil  Busuttil għaliex f’25 sena tat-tmexxija mil-PN ma ddejqux jisimgħu u jaraw eluf ta’ nies jimirdu minħabba t-tossiċi tal-Power station tal-Marsa fejn fl-istess hin kellek il-korruzzjoni fl-aqwa tagħha minn min suppost kien qed jixtri u jinnegozja għax-xiri taż-żejt f’pajjiżna.

L-importanti għall-PN kienet mhux saħħtek, iżda l-but ta’ min kien qed idaħħal l-eluf kuljum minn fuq darna.

Iżda jidher li dak li ħawdu u gerfxu l-PN f’25 sena, illum iridu jinsewh jew saħansittra iġiegħluna ninsewh.  Dan iżda ma jista’ qatt jiġri għaliex f’dawn il-25 sena saru ħafna affarijiet li ma kienx jistħoqlu pajjiżna.  Lill-poplu warrbuh u għabbewh b’ħafna piżijiet filwaqt li kien hemm minn stana u sar miljunarju u llum ddeċieda li joqgħod għall-kwiet biex jintnesa.

Kif qal tajjeb il-Prim Ministru nhar il-Ħadd li għadda, mhux li tistartja l-magna għall-kampanja ta’ elezzjoni li trebbħek il-voti, iżda l-voti jintrebħu b’għemil il-Gvern tul il-leġislatura tiegħu.

Huwa tajjeb li l-magna tistartjaha qabel kampanja, iżda fuq bażi ta’ leġiżlatura ġenwina, b’saħħitha u li tkun wettqet riżultati kbar għal pajjiżna.

Huwa għalhekk li l-PN iridu jaghtu x’jifhmu li startjaw il-magna għal elezjzoni ġenerali, dan il-Gvern f’dan il-mument mhux il-magna tinteressaħ iżda li jkompli jġib l-investiment barrani u li jieħu deċiżjonijiet għall-ġid ta’ saħħitna.  Dan il-Gvern il-magna jistartjaha f’ħinha u f’waqtha u fil-mument li jkun wasal iż-żmien biex infakkru lil dan il-poplu kbir bil-ġid li ksibna lkoll flimkien f’din il-leġiżlatura.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend