Gvern favur l-innovazzjoni u l-manifattura – One News

Gvern favur l-innovazzjoni u l-manifattura

B’ 300 impjegat u żieda ta’ kważi 30% fil-prodotti manifatturati u esportati tul din is-sena, l-kumpanija Toly tinsab kunfidenti fl-ekonomija tal-pajjiż u ottimista li sa ħames snin oħra, l-kumpanija li ila f’ pajjiżna għal dawn l-aħħar ħamsa u erbgħin sena, tirdoppja x-xogħol.

Fi żjara tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista fil-fabbrika u fiċ-ċentru t’ innovazzjoni ta’ Toly, kien spjegat kif din is-sena sar investiment ta’ erba’ miljun ewro fil-kumpanija, f’ apparat ġdid u f’ linji ġodda li daħlu fi sħab magħhom- u li dan l-investiment massiċċ seta’ jsir minħabba r-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma li gawdiet minnha l-kumpanija. Investiment li jippermetti li Toly tespandi u tħaddem iktar nies.
Iżda b’ iktar u iktar nies b’ impjieg, l-isfida biex jinstabu iktar ħaddiema qed tikber.

Mas-60% tal-impjegati tal-kumpanija Toly huma nisa u huwa għalhekk li l-miżura tac-child care centers b’xejn li qed tħeġġeġ numru rekord ta’ nisa joħorġu jaħdmu qed tippermetti li l-kumpanija tkompli timpjega iktar nies.

Toly hija xempju ta’ kumpanija lokali li rnexxilha żżewweġ il-manifattura mal-innovazzjoni u fi kliem id-deputat mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona, din hija t-triq ‘il quddiem li permezz ta’ preparazzjoni edukattiva aħjar iktar istudenti Maltin jissieħbu f’ din l-industrija.

Il-Ministru Chris Cardona u l-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef stqarru li l-Partit Laburista fil-gvern huwa kommess biex bħal ma jappoġġja lill-kumpanija Toly, jkun ta’ spalla għall- kumpaniji oħra anka iżgħar fid-daqs biex jistabbilixxu ruħhom u jespandu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend