Kważi 59% aktar turisti barranin f’Għawdex – One News

Notifiki

Kważi 59% aktar turisti barranin f’Għawdex

Fil-Parlament il-Minsitru għal Għawdex Anton Refalo preżenta statistika dwar in-numru ta’ turisti barranin matul l-2015, u tabbella oħra li turi n-numru ta’ turisti barranin fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Jirriżulta li kien hemm żieda ta’ turisti barranin ta’ 58.7% meta mqabbel mal-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra. Il-maġġoranza ta’ turisti barranin li jiddeċiedu li joqogħdu hawn Malta, jgħaddu aktar minn lejn wieħed f’Għawdex.

Mill-aħħar statistika disponibbli, jirriżulta li l-aktar suq importanti tat-turiżmu barrani għal Għawdex huwa dak tar-Renju Unit, sewgwit minn dak Ġermaniż, Taljan u Franċiż.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend