Kevin Borg fil-quċċata tad-dinja mużikali Ġappuniża għas-seba’ darba – One News

Notifiki

Kevin Borg fil-quċċata tad-dinja mużikali Ġappuniża għas-seba’ darba

Il-kantant Malti Kevin Borg għadu kemm sab ruħu fl-ewwel post fil-lista ta’ l-iktar albums mibjugħa ġewwa l-Ġappun.

Dan permezz tad-diska Sweat li tinsab fl-album Two of Us, li kiteb b’kollaborazzjoni ma’ kollegi internazzjonali. Kevin attwalment jgħix l-Isvezja.  Din mhix l-ewwel darba, anzi s-seba’ darba li Kevin jinsab fil-quċċata tal-listi tad-diski popolari Ġappuniżi permezz tat-talent tiegħu fil-kitba tad-diski – b’kollox kważi biegħ miljun album. Laħaq ukoll il-quċċata tal-lista Billboard bid-diska – din hija lista li tikklassifika l-aktar diski popolari fid-dinja.

Għandu żewġ miljun u ħames mitt elf persuna jsegwu  d-diski tiegħu fuq Spotify u rebaħ tliet ‘Grammy Awards’ fil-Ġappun permezz tal-artisti Tohoshinki.

Il-pass li jmiss huwa t-tour tal-Milied fl-Isvezja u preparamenti għall-proġetti ġodda f’pajjiżna wkoll. F’kummenti ma’ one.com.mt, Kevin Borg qal li kien wieħed minn dawk li beda l-karriera tiegħu fuq l-istazzjon One. Borg irnexxielu jirbaħ il-ħames serje tal-kompetizzjoni tal-kant Żvediża, Idol fl-2008, biex sar l-ewwel Malti li rebaħ serje ta’ Idol minn madwar id-dinja.

kevin-1

kevin-2

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend