Il-Qorti tal-Appell ħelset lill-Kieran Vella, ta’ sitta u għoxrin sena, minn sentenza sospiża t’ erba’ xhur ħabs talli xarrab lill-pulizija bl-ilma lura f’ Diċembru ta’ sentejn ilu f’ Paceville. Vella kien instab ħati mill-qorti inferjuri li mgħobdiex, insulta u attakka uffiċjali tal-pulizija minkejja li l-akkużat saħaq li kull mgħamel kien li biż-żball. Il-verzjoni tal-puliżija, kienet li ż-żagħżugħ insultah, ħabat fih u waddabblu l-ilma, iżda dik ta’ Vella kienet li baqa’ dieħel fil-pulizija għax kien qed iħares banda oħra jitkellem ma’ sħabu u b’ konsegwenza t’hekk waqqa’ l-ilma li kien għadu kif xtara fuqu.
Vella qal li talli xxarrab il-pulizija ġegħlu jmur fil-vann tagħhom u sakemm mexa’ kuntistabbli ieħor ġibidlu widnejh u x’ħin dar jara minn kien, il-puliżija ħasbu li kien se jattakkahhom.
Filwaqt li l-qorti tal-maġistrati emmnet il-verżjoni tal-pulizija, il-Maġistrat Giovanni Grixti, fi stadju t’ appell qal li l-akkużi nibtu minn inċident banali u tat-tfal. Fid-dawl li Vella kien fis-sakra u li ma kienx hemm aggressjoni fl-għaġir tiegħu l-Qorti biddlet id-deċiżjoni u ħelsitu minn kull akkuża.