Malta u l-Qatar bl-istess ambizzjoni – One News

Notifiki

Malta u l-Qatar bl-istess ambizzjoni

Malta u l-Qatar għandhom l-istess ambizzjoni lejn it-tkabbir ekonomiku.
Staqrret dan il-Kamra Maltij għall-Kummerċ, Intrapriża u Industrija, metaq laqgħat delegazzjoni mmexxijja mill-Eċċellenza Tiegħu Sheikh Faisal Bin Qassim Al Thani, chairman ta’ Al Faisal Holing u l-Qatari Businessmen Association.
Il-President tal-Kamra, Anton Borg, qal li għalkemm iż-żewġ pajjiżi huma żgħar fid-daqs, it-tnejn li huma għandhom ambizzjoni kbira lejn it-tkabbir ekonomiku.
Malta qed timmira li ssir hub ekonomiku fil-Mediterran, filwaqt li l-Qatar tħares lejha nfisha bħala pont bejn l-Asja u l-Ewropa.

Il-Kamra tal-Kummerċ nediet il-Malta-Qatar Business Forum – l-aħħar minn sensiela ta’ passi sabiex tinbena storja ta’ relazzjoni eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi.
Intant ilbieraħ f’Kastilja tħabbar li f’investiment bla preċedent għall-gżejjer Maltin, il-kumpanija Al Faisal se tinvesti fil-bank Banif, li jopera f’Malta.
Il-Prim Minsitru Joseph Muscat qal li dan huwa turija ta’ kemm Malta hija miftuħa għan-negozju, mhux biss ma’ pajjiżi Ewropej iżda anke ma’ dawk li qed jiksbu suċċess barra minn xtutna. Żied jgħid li dan l-investiment se jwassal biex jinfetaħ suq ġdid ta’ investiment mal-golf Għarbi.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend