Qarrej ta’ one.com.mt bagħtilna dan ir-ritratt li juri ħaddiem fuq sit ta’ kostruzzjoni, jagħmel xogħlijiet mingħajr ma segwa l-ebda proċedura ta’ sigurtá, prevenzjoni u protezzjoni adegwata.
Dan minkejja l-appelli li tagħmel l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), biex saħħa u s-sigurtá jingħataw l-importanza meħtieġa – “kemm min iħaddem, mill-ħaddiema kif ukoll min jaħdem għal rasu.”
L-Awtoritá dejjem appellat biex kull post tax-xogħol, kif mitlub bil-liġi, jagħmel evalwazzjoni tar-riskju li jkun ikopri l-perikli kollha li jkun hemm fuq il-post tax-xogħol partikolari.
Fi kliema l-OHSA, huwa biss jekk kulħadd jibda’ jpoġġi s-saħħa u s-sigurtà fuq nett tal-aġenda tagħhom li jkollna postijiet tax-xogħol siguri u li jġibu ‘l quddiem is-saħħa.